Sal-aħħar ta’ April, 335,848 persuna f’pajjiżna tlaqqmu kontra l-COVID-19.
Dan hekk kif il-programm ta’ vaċinazzjoni f’pajjiżna beda fis-27 ta’ Diċembru li għadda.
F’Jannar ingħataw 27,759 tilqima, filwaqt li fi Frar it-tilqim żdied b’52,000 u għalhekk ingħataw 79,759 tilqima. It-tilqim li ingħata f’Marzu żdied bi ftit aktar mid-doppju mix-xahar ta’ qabel hekk kif ingħataw 197,383 tilqima. F’April imbagħad kien hemm żieda ta’ 138,465 biex sal-aħħar ta’ April tlaqqmu 335,848 persuna kontra l-COVID-19.
XAHAR | AMMONT TA’ TILQIM | ŻIEDA FIT-TILQIM |
JANNAR | 27,759 | |
FRAR | 79,759 | +52,000 |
MARZU | 197,383 | +117,624 |
APRIL | 335,848 | +138,465 |
L-ewwel dożi tal-vaċċin f’pajjiżna waslu l-għada tal-Milied li għadda, biex l-għada beda l-proċess tat-tilqim bil-vaċċin tal-Pfizer. L-ewwel persuni li tlaqqmu kienu dawk fuq quddiem tal-ġlieda kontra l-imxija u anzjani li jgħixu fid-djar tal-anzjani.
F’Jannar wasslet l-ewwel kunsinja tal-vaċċin tal-Moderna u fil-bidu ta’ Frar waslet tal-AstraZeneca, dan wara li ġew approvati mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/05/03/il-programm-ta-vaccinazzjoni-ta-pajjizna-jkompli-jigi-nnutat-internazzjonalment/