Fuq medda ta’ art ta’ kważi tlett mitt kwadru, fil-jiem li ġejjin se jibda x-xogħol fuq l-iskavar u l-bini ta’ Għassa tal-Pulizija tal-ġdida fiċ-ċentru ta’ Wied il-Għajn.
L-għassa tal-pulizija l-ġdida se ssir b’investiment ta’ kważi tmien mitt elf elf ewro bil-għan li toffri servizz xieraq lill-popolazzjoni ta’ din il-lokalità li fl-aħħar snin rat żieda sinfikanti tant li laħqet l-14-il elf ruħ u li matul ix-xhur tas-sajf tirdoppja għal madwar tletin elf ruħ.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija, Angelo Gafà, qal ma’ ONE News li l-għassa mistennija tibda topera fi tmiem is-sena d-dieħla u se tkun f’punt ċentrali li tintlaħaq kemm bil-mixi kif ukoll bil-karozzi qrib il-knisja ta’ Wied il-Għajn u l-iskola primarja. Spjega li x-xogħlijiet jistgħu jibdew wara li fl-aħħar ġimgħat ingħata l-kuntratt u ħarġu l-permessi meħtieġa mill-awtorità tal-ippjanar.
“Fil-jiem li ġejjin se jibda xogħol ta’ tqattigħ mhux tqattigħ ta’ barra minn hawn però l-għassa maħsub fiha li jkollok ġibjun u mbagħad jibda l-bini. Il-bini qed nżidu l-Għassa magħmula minn żewġ sulari – partijiet isfel fejn naqdu l-pubbliku fejn wieħed jagħmel rapport anke fejn perusji jitkellmu mal-puliizja b’mod privat – għandna post għalhekk adekwat.”
Huwa spjega li wkoll li l-għassa se jkollha wkoll faċilitajiet għall-pulizija.
“U fuq għandek il-faċilitajiet għall-uffiċjal tal-korp kemm spettur, supretendent però wkoll illum għanda l-interograzzjonijiet issir b’mod aktar apert u trasparenti u għalhekk kamra mgħamra għall-interrogazzjonijiet.”
Sa ftit tas-snin ilu, l-għassa kienet topera minn fortizza li la ma kinitx toffri faċilitajiet għall-bżonnijiet tal-Pulizija fil-qadi ta’ dmirijiethom u b’nuqqas ta’ aċċessibilità għall-pubbliku minħabba t-taraġ fuq barra.
Dan wassal biex fl-aħħar snin, il-Pulizija bdew joperaw minn kontejner li minkejja li jaqdi l-bżonnijiet neċessarji, xorta mhuwiex adegwat biex jagħti l-aħjar servizz għall-pubbliku.
Is-Sur Gafà qal ma’ ONE News li l-għassa l-ġdida se tkun aċċessibbli għal kulħadd u mgħammra b’faċilità ta’ kameras tas-sigurtà.
Huwa żied jinnota li l-għassa ta’ Marsaskala se tkun waħda mill-ftit għasses f’Malta li se tinbena propju bħala għassa tal-pulizija.
“Din hija, tista’ tgħid, waħda mill-ftit għases li l-Korp għandu mibnija sepċifikament biex ikunu għassa tal-pulizija. Ħafna mill-għases li għandna madwar Malta u Għawdex kienu djar li aħna trasformajniehom bħala għassa” –jiġifieri qed ngħidu li wara dan iż-żmien kollu l-poplu ta’ Wied il-Għajn ixxurtjat li se jkollu għassa speċifikament li hija għassa tal-pulizija.”