L-eks Midfielder ta’ Manchester United Philip Mulryne ħa pass mhux tas-soltu u kompla fit-triq biex isir qassis. L-eks player mill-Irlanda ta’ fuq, li għamel karriera ma’ Norwich, Cardiff City u l-United, għadu kemm kien ordnat djaknu.
Filwaqt li ħafna jispiċċaw isiru kowċis jew jidħlu f’xeni bħat-televiżjoni, Mulryne iddeċieda li jitlaq mill-attenzjoni u l-lussu u jsegwi l-istint reliġjuż.
Mulryne, li għandu 38 sena, kien ordnat mill-Arċisqof ta’ Dublin Diarmuid Martin nhar is-Sibt u issa huwa membri tal-ordni Duminkan.
Għoxrin sena ilu, Mulyrne iddebutta mall-United taħt Sir Alex Ferguson, u issa mistenni jsir qassis fl-2017.
![](http://i.dailymail.co.uk/i/pix/2016/10/31/23/39EDCD6F00000578-3890752-image-a-19_1477955637824.jpg)