Randolph Debattista, persuna fost il-ħafna li sfaw attakkati mill-blogger Daphne Caruana Galizia, tkellem dwar it-tbatija li jgħaddu minnha l-qraba ta’ dawk li jispiċċaw vittma tal-mibegħda.
Waqt PJAZZA hu spjega li l-mibegħda li tiżra’ DCG, hi mibegħda li l-Maltin jgħixuha ta’ kuljum f’diversi postijiet. Sostna li din il-mibegħda ma tistax tibqa’ titqies bħala xi ħaġa normali u fejn filwaqt li għal diversi snin kienu ħafna li njorawha, fl-aħħar kien hemm xi ħadd li waqfilha.
Debattista spjega wkoll kif fl-2013 kien il-poplu li vvota favur Malta Tagħna Lkoll, messaġġ li juri lil Malta maqgħuda u li bih tinqata’ l-qasma.