L-għada ta’ dan l-inċident morna sa Marsaxlokk, u ħadna r-reazzjoni ta’ nies li kienu fil-qrib.
Tifrik ta’ ġebel, windscreen ta’ karozza u fdalijiet oħra huma parti mix-xena li sibna l-Ħadd filgħodu fl-għalqa fiz-zona tal-Maghluq fejn seħħet l-ispluzzjoni waqt li kienu qed jinħarqu l-murtali għall-festa ta’ Marsaxlokk .
Hawnhekk taraw il-kummenti ta’ x’qalulna Charlie Boxall li kien qed jaħdem fil-powerstation fil-mument tal-isplużjoni, il-kappillan ta’ Marsaxlokk Mario Mangion kif ukoll nies li kienu preżenti.
Charlie Boxall spjegalna kif ħass bħal donnu terrimot filwaqt li l-kappillan ta’ Marsaxlokk, Mario Mangion, stqarr li l-ewwel ħsieb tiegħu mar ma dawk li kienu qed jaħarqu n-nar. Dawk preżenti ddeskrivew dak li raw u semgħu fil-mument tal-isplużjoni.