F’intervista ma’ one.com.mt, il-ġurnalista Żvediża Sara Recabarren stqarret li Tonio Fenech għandu ħafna xi jwieġeb.
Il-gazzetta MaltaToday illum żvelat kif Tonio Fenech hu direttur ta’ fond li qed ikun investigat fl-Iżveżja. Il-każ wassal għal investigazzjonijiet dwar kif miljuni ta’ ewro fi flus ta’ pensjonanti spiċċaw trasferiti għal fond li tiegħu Tonio Fenech huwa direttur.
Segwu x’qalet Recabarren meta tkellimna magħha.