Sewwieq ta’ karozza tat-tip Ferrari ħarab minn ħalq il-mewt meta tilef il-kontroll tal-karozza li tiswa aktar minn €200,000 bil-konsegwenza li ħabat, bil-vettura spiċċat fjamma waħda – dan wara li kienet ilha għandu siegħa biss.
Il-karozza tat-tip Ferrari 430 Scuderia spiċċat ħerba wara l-ħabta u żgur mhux forsi li ma hemm l-ebda ċans li l-ħsarat li għandha jitranġaw.
L-inċident seħħ f’South Yorkshire l-Ħamis waranofsinhar meta s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura. Hu ħaraġ mill-Ferrari qawwi u sħiħ bi ġrieħi ħfief.
Meta waslu fuq il-post il-Pulizija staqsewh x’karozza kellu, b’dan il-kumment juri f’liema stat kienet il-karozza. Is-sewwieq irrisponda li kienet Ferrari u li kien propju siegħa ilu li mar jiġborha mingħand min xtraha.