Il-Ħamis 28 t’Ottubru filgħaxija id-dinja ġiet introdotta għal bidla fl-isem ta’ Facebook bħala parti minn tibdil maġġuri tal-kumpanija. Facebook issa sar ”Meta”. Il-kumpanija qalet li għandha ambizzjonijiet f’dak li qed tagħmel, peress li qed timraħ lilhinn mill-midja soċjali, f’oqsma bħar-realta’ virtwali.
Il-bidla tapplika biss għall-kumpanija prinċipali li hija s-sid tal-pjattaformi individwali, bħal Facebook, Instagram u Whatsapp.
Fl-2015, Google kienet iristrutturat il-kumpanija tagħha billi bdiet issejjaħ lill-kumpanija prinċipali tagħha ”Alphabet” madankollu, l-isem ma kinx qabad popolarita’.