Tash Sultana, artista Awstraljana ta’ 21 sena b’dixxendenza Maltija kisbet fama kbira bit-titlu ‘Artista tas-Sena’ fil-lista popolari ta’ J Unearthed, bil-kanzunetta tagħha Jungle.
Kanzunetta li issa tinsab fit-tielet post fost l-ewwel mitt kanzunetti popolari fl-Awstralja.
Ħajjet Sultana ma kinitx faċli; bis-saħħa tal-mużika li hi ħarġet mill-vizzju tad-droga. Vizzju li serqilha sena minn ħajjitha f’żogħżitha. Kienet tilfet is-sens għall-ħajja, bdiet ma tmurx l-iskola u tilfet il-piż b’mod allarmanti iżda kienet il-mużika li salvatilha ħajjitha u tatha raġuni biex terġa’ tibda tgħix.
Din il-mużiċista mhux biss tkanta iżda saħansitra ddoqq għaxar instrumenti, fejn għallmet lilha nnifisha ddoqq il-kitarra, il-perkussjoni u l-pjanu, is-saxophone, l-Arabic oud u kif ukoll l-American pan pipes.
Segwi hawn it-talent ta’ Tash Sultana: