Minn dalgħodu, fiż-żona ta’ fejn qed isir il-proġett tal-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project hemm tibdil fid-direzzjoni tat-traffiku.
Dan sabiex issir l-aħħar fażi ta’ dan il-proġett infrastrutturali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan it-tibdil fid-direzzjoni tat-traffiku jinkludi:
- Dawk li minn Vjal il-Gudja jridu jmorru lejn l-irħula hekk imsejħa ta’ wara l-mina (Żurrieq, Ħal Kirkop, Imqabba, Qrendi, Ħal Safi) se jibqgħu għaddejjin dirett lejn il-Kirkop Tunnels;
- Dawk li minn Ħal Luqa jridu jmorru lejn Birżebbuġa u l-ajruport se jgħaddu mill-underpass li matul dan tmiem il-ġimgħa se jingħatalha l-ewwel saff ta’ asfalt biex tkun tista’ tilqa’ t-traffiku. Din id-direzzjoni hija l-istess ukoll għal dawk li minn Vjal il-Gudja jridu jmorru lejn Birżebbuġa u l-ajruport;
- Dawk li jridu joħorġu minn Birżebbuġa u l-ajruport direzzjoni lejn Ħal Luqa se jduru direzzjoni Ħal Kirkop, iduru mar-roundabout u jerġa’ lura lejn Ħal Luqa. Din id-devjazzjoni hija waħda temporanja sakemm jitlesta x-xogħol fuq l-underpass.