Pajjiżna se jdawwar l-arloġġ fuq storja ta’ ħtif t’ajruplan u li dwarha inħadmu diġà tlett films iżda qatt ma raw id-dawl tax-xemx fis-swali taċ-ċinema Maltin. Forsi dak iż-żmien pajjiżna ma riedx jidħol bejn basla u qoxritha iżda issa film dwar ir-rejd li sar mill-forzi Iżraeljani fl-ajruport ta’ Entebbe mhux biss mistenni jintwera imma saħansitra se jinħadem wieħed dwaru f’Malta, insegwu fil-filmat.