Barriera antika li kien ilu kważi kwart ta’ seklu jittieħed ġebel tal-franka minnha, se tkun mibdula f’art agrikola.
L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li ġie approvat permess ta’ żvilupp mill-Bord tal-Ippjanar. L-art fiha madwar 9,700m2 u tisab f’żona magħrufa bħala Ta’ Sgamardi fis-Siġġiewi. Iz-zona tinsab ukoll qrib Wied ix-Xkora, li flimkien ma widien oħra jagħmel parti minn Wied il-Kbir.
Il-proġett ta’ restawr tal-art se jitlesta sa massimu ta’ sitt snin oħra u se jsir fi żmien erba’ u sitt snin. Bħala parti mill-proġett se jinbnew ukoll numru ta’ ħitan tas-sejjieħ.