Il-Ministru għall-Ġustizza Soċjali Michael Falzon ħabbar kif f’Marzu se jintemm l-eżerċizzju amministrattiv biex minn April isir il-ħlas tar-rati l-ġodda tal-In-Work Benefit u jitwessgħu l-limiti tad-dħul fit-tliet kategoriji ta’ ġenituri li jaħdmu u għandhom tfal taħt it-23 sena.
Ir-rati preżenti ser jiżdiedu kollha b’€100 għal kull wild.
Fl-istess waqt tidħol fis-seħħ ir-rata ġdida ta’ €200 għal kull wild fil-familji li ser jibdew igawdu mit-twessigħ tal-limiti tad-dħul.
Għal koppji fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu l-limitu ser jitla’ minn €35,000 għal €50,000
Għal koppji fejn wieħed mill-ġenituri jaħdem il-limitu ser jitla’ minn €26,000 għal €35,000
Għal ġenituri waħidhom li jaħdmu l-limitu ser jitla’ wkoll għal €35,000 minn €23,000
L-Inwork Benefit ġdid ta’ €150 għal ħaddiema b’ħinijiet atipiċi jitħallas aktar tard matul is-sena.