Żewġ titjiriet fil-ġimgħa minn u lejn l-Ajruport ta’ Bristol, l-Ingilterra mistennija li jirritornaw għas-Sajf li ġej.
Dan kien innotat mill-ġurnal Gloucestershire f’artiklu fejn intqal li dawn it-titjiriet se jerġgħu ikomplu jsiru minn April li ġej mil-linja tal-ajru EasyJet, kull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa.
L-istess artiklu nnota n-numru ta’ lukandi f’pajjiżna li ġew deskritti bħala impressjonanti, ‘stunning’. Anki dak li toffri Malta ġie nnutat minn dan li ġurnal fejn semma l-bajjiet li hu mogħni bihom pajjiżna, attivitajiet tal-baħar l-kultura rikka li jgawdi minnha pajjiżna.
Maniġer tal-linja tal-ajru EasyJet li kien intervistat b’rabta ma’ dan l-artiklu stqarr kif Malta hija fost id-destinazzjonijiet l-aktar favoriti tas-suq turistiku Brittaniku.
Esprima s-sodisfazzjon tiegħu wkoll, id-Direttur Kummerċjali tal-Ajruport ta’ Bristol li rrimarka kif din l-aħbar hija waħda eċitanti għall-klijenti tal-ajruport.
Hu żied jgħid li Malta hija destinazzjoni sabiħa b’veduti spettakolari u kultura vibranti.