Żewġ studenti li ġew Malta biex jitgħallmu l-Ingliż, minn “aħwa” spiċċaw “sorijiet” dan hekk kif tpinġija li għamlu fuq wara ta’ minkbejhom li sippost kienet tfisser “sisters” – jiġifieri aħwa bniet kienet tradotta ħażin.
Dan hekk kif il-kelma “sisters” ġiet tradotta f’sorijiet minflok aħwa bniet, fejn il-probabbiltà hi li għamlu użu minn Google Translate.
Filfatt meta wieħed juża Google Translate, il-kelma sisters turi li tiġi ttradotta f’sorijiet anke jekk iktar l-isfel hemm miktub “oħti l-kbira” u “oħti ż-żgħira”.
Ir-ritratt taż-żewġ żgħażagħ tpoġġa fuq il-midja soċjali bit-titlu “When Google Translate let you down” b’diversi persuni jikkummentaw u jistaqsu jekk dan ir-ritratt hux vera jew jekk hux immanipulat.
Kienet proprju waħda mill-għalliema ta’ dawn iż-żewġ studenti li kkonfermat li dan ir-ritratt hu vera u li l-istudenti verament għamlu din it-tpinġija. Tpinġija li fortunatament hi ‘henna’ u għalekk din mhix se tibqa’ b’mod permanenti fuq ġisimhom.