Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Joe Mizzi, żar il-progress li qiegħed isir fis-Seafarer Centre f’Ta’ Liesse, il-Belt Valletta.
Post tal-Gvern, li kien f’idejn il-patrijiet Ta’ Ġieżu għal 60 sena, u kien mimli affarijiet tal-Knisja li ma jintużawx. Fi żmien ieħor saħansitra kienu jorqdu fih il-patrijiet .
Issa dan il-post se jingħata ħajja mill-ġdid u se jintuża biex jakkomoda baħħara li jkollhom bżonn l-għajnuna medika wara li l-vapur tagħhom jitlaq.
L-għajnuna medika, sintendi, se tingħata mill-isptar, iżda sakemm il-baħħar midrub jistenna titjira lejn daru, joqgħod f’Ta Liesse. Il-post jiflaħ jilqa’ sa’ seba’ baħħara fl-istess ħin u s-servizz se jkun bla ħlas.