Il-Prim Ministru ħabbar li minkejja ż-żidiet li se jkun hemm fil-paga minima l-gvern se jara li din ma tkunx intaxxata. Għalhekk, ħabbar il-Prim Ministru, waqt il-ftehim se jkunu qed isiru l-aġġustamenti meħtieġa fir-rati tat-taxxa biex din ma tkunx intaxxata. Kien dan il-gvern li beda l-prinċipju li l-paga minima ma tkunx intaxxata u d-dikjarazzjoni ċara tal-Prim Ministru turi li l-ħsieb hu li tinżamm din it-tip ta’ politika. |