“Jien dejjem ingħatajt spazju nsemma leħni.”
Kien b’dan il-mod skjett li l-opinjonista Jeremy Camilleri, beda intervent tiegħu fuq il-programm Awla l-Ħamis filgħaxija bħala parti mill-attività politika bit-tema Malta Flimkien f’Birżebbuġa.
Qal, “Nixtieq ngħid li minn dejjem ikkritikajt lill-Gvern minkejja li meta kont trejdjunjonista qed naraw ħafna nies hawn kollha tajthom xi kedda xi darba jew oħra, imma dejjem jien ingħatajt l-ispazju nsemma leħni u dik hija d-differenza u d-differenza li għal nies bħali li rridu l-ġid għall-pajjiż kif ċert li jrid il-Gvern ningħataw spazju.”
Dan b’differenza għal żminijiet taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti fejn Camilleri spjega r-riperkussjonijiet li kellu jaffaċċja għall-kritika tiegħu fil-konfront tiegħu. Mhux biss hu iżda wkoll familtu.
Qal, “Jiena meta fit-2001 kont ġurnalist u ħadt sehem programm li kritikajna l-Gvern ma nsemmuwiex ħafna din għax ma kien hemm dawn il-gruppi dak iż-żmien, jien il-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien ried jitfani 6 snin il-ħabs. 6 snin il-ħabs. Daqsekk ma stajtx tikkritika. Jiena meta kont nikkritika lill-Gvern Nazzjonalista lil ħija f’sena tawh 4 transfers.”
Kien hawn li Camilleri aċċenna għad-deciżjoni tal-Gvern li jisma’ lill-Iskalin fost oħrajn fuq il-proġett tal-Marina. Dan filwaqt li wasal ukoll sabiex tingħata lura l-art taż-Żonqor lura lill-Maltin.
Intant fost diversi kelliema li intervjenew tul l-attività politika tal-Ħamis filgħaxija kien hemm Charmaina Caruana li hija sid ta’ diversi childcare centres f’Malta.
Hija rrimarkat li l-għajnuna tal-Gvern tul pandemija għenitha biex iżomm il-ħaddiema u tinvesti iżjed.
Qalet, “Kont ħa nibda l-proġett tar-raba’ childcare centre tiegħi però l-Gvern qalilna mal-ewwel li l-Gvern se jibqa’ jħallas il-full amount li konnha nitħallsu qabel u jiena b’hekk stajt nibqa’ ninvesti u ftaħt ir-raba’ ċentru fi żmien pandemija.”