Il-Prim Ministru ħabbar li l-għajnuna li qed tingħata lin-negozji fil-ħlas tal-pagi tal-ħaddiema, se tibqa’ tingħata. Dan ifisser li n-negozji li se jerġgħu jiftħu nhar it-Tnejn, se jibqgħu jirċievu l-għotja ta’ tmien mitt ewro fix-xahar għall-paga ta’ ħaddiem.
Dr Abela spjega li din l-għajnuna ser toffri l-appoġġ meħtieġ sabiex in-negozji jerġgħu iqumu fuq saqajhom f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji.
Il-Prim Ministru sostna: “Nemmnu li l-ġustizzja titlob li dan il-wage supplement jibqa’ jitħallas sabiex jagħti l-aqwa possibilità lin-negozji tagħna biex jidħlu għan-normalità mingħajr ma jkollhom presssjonijiet żejda fuqhom u jkollhom fl-istess waqt dak is-sostenn finanzjarju, l-istess sostenn finanzjarju li jkollhom il-ħaddiema tagħna, sakemm wieħed jerġa’ lura għal din in-normalità ġdida.”
Robert Abela spjega kif filwaqt li din l-għajnuna ma tistax tibqa’ għaddejja b’mod indefinit, il-ħlas ser jibqa’ għaddej għal medda ta’ żmien sakemm il-Gvern jara li jkunu ġew salvagwardjati l-impjiegi u l-ekonomija tkun marret għal normalità ġdida u tqum fuq saqajha.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/05/01/il-pm-ihabbar-li-l-istabbilimenti-kummercjali-se-jibdew-jifthu-mill-gdid-minn-nhar-it-tnejn/