Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li assolutament ma jaqbilx mat-termini tal-Hamas sabiex ikun hemm hemm waqfien tal-ġlied b’mod immedjat fl-istrixxa ta’ Gaza.
Netanyahu qal li hemm possibilità li Iżrael jieħu kontroll u jirbaħ lill-Hamas fi ftit xhur oħra.
Fl-aħħar jiem tpoġġa fuq il-mejda tan-negozjati għall-paċi, dokument, li miegħu anke qabel Iżrael, sabiex jieqaf il-ġlied, iżda wara li l-Hamas taw il-proposti tagħhom fuq dan, Iżrael issa qed jiċħad.
Kemm il-Qatar kif ukoll l-Eġittu qalli li se jibdew għadd ta’ negozjati oħrajn sabiex, eventwalment ikun hemm possibiltà ta’ waqfien mill-ġlied.
Netanyahu qal li Iżrael mal-Hamas qatt ma tista’ tasal għal ftehim.