Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov qabbel l-Istati Uniti ma’ Hitler.
Lavrov qal li l-Amerikani qed jiddettaw lill-Ġermaniżi dwar is-sigurtà tal-enerġija Ewropea.
Skont il-Ministru Russu, l-Amerika qed tgħid lill-Ġermanja li m’għandiex bżonn il-pipeline tal-gass mar-Russja u li minflok tissuplixxi l-enerġija hi. Iżda, l-prezz tal-enerġija jkun ferm ogħla.
Fil-kummenti tiegħu, Lavrov qal li Napuljun u Hitler it-tnejn kellhom l-għan li jieħdu l-Ewropa kollha taħt idejhom, l-istess qed tagħmel l-Amerika bil-kontroll tagħha fuq l-Ewropa.
Ara wkoll: Erba’ ajruplani Russi jidħlu fl-ispazju tal-ajru Żvediż minkejja li huma projbiti