Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov akkuża lill-Amerika b’involviment dirett fl-isplużjonijiet, f’Settembru li għadda, li għamlu ħsara kbira fil-pipelines tal-gass Nord Stream li minnu r-Russja kienet tissuplixxi l-gass lill-Ġermanja.
Din l-allegazzjoni bla provi ta’ Lavrov ġiet wara li l-President Russu Vladimir Putin kien akkuża lir-Renju Unit li kien sploda l-pipelines. Il-Gvern Brittaniku kien ċaħad dawn l-akkużi.
Il-prosekuturi Żvediżi kienu sabu traċċi ta’ splussiv fis-sit, u għalhekk kienu kkonfermaw li kien sabotaġġ.
Ritratt: Dimitar Dilkoff | Afp | Getty Images