Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ingliża, Liz Truss wissiet li r-Russja se tkun qed taffaċċja konsegwenzi ekonomiċi kbar jekk tinvadi l-Ukrajna.
Hija tenniet ukoll li l-ministri għall-affarijiet barranin tal-ikbar seba’ ekonomiji fid-dinja, magħrufa bħala l-G7, se jkunu qed jingħaqdu u jiddikjaraw b’mod ċar li l-invażjoni Russa fl-Ukrajna tkun żball strateġiku.
Il-Ministru Truss qalet ukoll li r-Renju Unit u l-alleati tiegħu kollha qed jinkoraġġixxu lir-Russja biex tirtira l-pjanijiet ta’ invażjoni, pjanijiet li r-Russja qed tkompli tiċħad li għandha.
F’dawn il-jumejn, il-ministri għall-affarijiet barranini tal-G7 jinsabu f’Liverpool għal taħdidiet.