Il-Ministri li qed jaslu f’pajjiżna għall-ewwel laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri huma impressjonati bil-ġmiel tal-Palazz tal-GranMastru fil-Belt Valletta.
Dan hekk kif id-deputat Prim Ministru Louis Grech flimkien mas-Segretarju Parlamentari Ian Borg qed jilqgħu lill-Ministru u s-Segretarji tal-Istat għall-Affarijiet tal-UE għal din il-laqgħa informali.
Jidher li l-ewwel biċċa xogħol li għandu d-Deputat Prim Ministru hija li jagħti sfond tal-istorja ta’ dan il-Palazz hekk kif il-filmati juru l-Ministri jsaqsu dwar dan il-Palazz.
Il-laqgħa informali se tkun qed issir propju fis-sala fejn kien il-Parlament Malti. Matul il-preparamenti loġistiċi il-Palazz ġie attrezzat bl-aħjar mod hekk kif huwa l-post ewlieni li fih se jkunu qed isiru l-laqgħat b’rabta mal-Presidenza.