Wara r-reshuffle mħabbra nhar il-Ħamis mill-Prim Ministru Joseph Muscat, fil-Palazz tal-President il-Ġimgħa ħadu l-ġurament tal-ħatra tliet Ministri ġodda.
Il-Ministru Jose’ Herrera se jkun responsabbli mill-Ambjent, l-Iżvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima. Il-Ministru Għas-Saħħa huwa Chris Fearne, wara li serva bħala Segretarju Parlamentari. Il-Ministru Għat-Tkabbir Ekonomiku, Kompetittivita’, is-Settur Marittimu u s-Servizzi huwa Emanuel Mallia, li rritorna fil-Kabinett wara li fil-bidu tal-leġizlatura serva bħala Ministru Għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali.
Din kienet t-tieni reshuffle mħabbra mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Tpoġġi lil Gvern fl-aqwa pożizzjoni biex fis-sentejn li ġejjin ikompli bl-implimentazzjoni tal-manifest elettorali, waqt li jġib aktar investiment u xogħol lejn il-pajjiż
Ir-ritratti huma ta’ Reuben Piscopo mid-DOI. Hawn huma l-ewwel kummenti ta’ Manuel Mallia u Chris Fearne.