Il-Gvern Malti ħabbar li sa Settembru 2016, il-Ministeri kollha huma meħtieġa li jintroduċu ‘Gender Neutral Toilets’ fi ħdan il-binjiet tagħhom .
‘Gender Neutral toilets’ jassiguraw aktar privatezza filwaqt li jeliminaw sitwazzjonijiet li fihom persuni trans u persuni ta’ ġeneru differenti jħossuhom skomdi meta jaċċessaw toilets li jkunu segregati skond is-sess. L-għan ta’ dawn it-toilets huwa li jassiguraw ambjent inklusiv li ma jiddiskrimina lill-ebda persuna.
Il-Ministeri huma mitluba li terz minn dawn il-faċilitajiet jinbidlu f’ ‘gender neutral toilets, li se jkunu mqassma ugwalment fi ħdan il-binjiet rispettivi f’ kull sular. Dawn il-faċilitajiet se jkollhom sinjal newtrali bħal ma jidher f’din l-istampa.
Din hija inizjattiva oħra li tpoġġi aktar fil-prattika t-twemmin tal-Gvern li nassiguraw ugwaljanza bejn kullħadd. Dawn il-‘gender neutral toilets’ huma eżempju ta’ politika li tassigura aktar ugwaljanza kif ukoll politika li telimina diskriminazzjoni ibażata fuq l-ġeneru u l-isterjotipi.