Għal din l-edizzjoni hemm 42 karozza rreġistrati u wieħed għad irrid jara kemm ser jkunu li se jaslu fuq l-istarting Line wara l-ispezzjonijiet li issiru fil-ġurnata ta’ qabel.
Il-Kumitat Ezekuttiv ħa ħsieb jieħu numru ta’ miżuri biex jitnaqqsu l-folol fil-kumpless. Kull sezzjoni għanda ħin biex in-numru ta’ spettaturi ma jkunx wieħed kbir ħafna. Fl-istess ħin il-Kumitat xorta jirrakomanda li wieħed iżomm id-distanza soċjali u l-użu tal-maskri.
Intant nhar It-Tnejn 29 ta’ Ġunju saret l-aħħar attività mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro fejn fil-Klassi A rajna lil Bernard Sammut fuq mutur Beta jkompli jiddomina tant li rnexielu jirbaħ il-klassi kif ukoll il-ġurnata overall b’ħin ta’ 8 minuti 29.76 sekondi.
Matul il-ġurnata rajna wkoll lill Krist Falzon fuq mutur Husqvarna jirbaħ il-Klassi B b’ħin ta’ 9 minuti 38.88 sekondi.
F’Klassi C Mario Gatt fuq mutur Honda rebaħ din il-klassi b’ħin ta’ 11 il-minuta 14.15 sekondi.
Fil-klassi Juniors rajna lill Julian Scicluna fuq mutur Beta jirbaħ din il-klassi b’ħin ta’ 10 minuti 38.63 sekondi.
Ritratti ta’ Mario Micallef u Filmati ta Myles Azzopardi