Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky qal li pajjiżu qatt mhu se jagħti territorju Ukren lir-Russja, anke jekk dan iwassal għal paċi bejn iż-żewġ pajjiżi.
Dan qalu f’intervista mal-istazzjon Ingliż BBC, ftit jiem ‘il bogħod minn meta l-gwerra fl-Ukrajna se tkun qed tgħalaq sena minn mindu bdiet, propju fit-24 ta’ Frar li għadda.
Kif aċċenna bosta drabi, Zelensky qal kif il-gwerra tieqaf biss jekk il-pajjiżi tal-punent jagħtu l-armi militari lill-Ukrajna sabiex tibqa’ tiġġieled lir-Russi.
Fil-fatt, pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Istati Uniti u r-Renju Unit diġà wegħdu li se jibgħatu numru ta’ tankijiet tal-gwerra.