Il-task force li tqabbdet mill-Gvern dwar l-intelliġenza Artifiċjali għaddejja konsultazzjoni pubblika sabiex il-pubbliku jkun jista’ jsemma leħnu dwar l-etika fl-istrateġija Nazzjonali dwar l-Intelliġenza Artifiċjali. Din mistennija tiġi ppubblikata f’Ottubru li ġej.
Tkellimna ma’ Wayne Grixti, ċ-chairman tat-Taskforce fejn spjegalna li l-intelliġenza artifiċjali, forsi mingħajr ma nafu qed nesperjenzawha fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.
Hu qalilna: “Illum ħafna minn nies diġà qed xjużaw element qawwi ta’ AI nieħdu pereżempjui n-Netflix. Inti skont x’tara u skont l-interessi tiegħek qed jagħmillek rakomandazzjoni ta’ x’films ta’ serjè tista’ tara”.
Bħal ma ġara fil-qasam tal-blockchain, pajjiżna qed jagħmel avvanzi kbar fis-settur tal-Intelliġenza Artifiċjali u huwa meqjus bħala wieħed mill-pajjiżi pijunieri fil-qasam.
Għalhekk trid tinħoloq strateġija sabiex ikunu stabbiliti linji gwida li jkunu jistgħu iservu bħala bażi għall-iddisinjar u l-implimentazjzoni ta’ sistemi tal-intelliġenza artifiċjali.
Tenna jgħid li “Inti bħala start up li għandek idea tista’ tiġi minn hawn Malta, tiddisinja, l-prodott, tibnih, timix mal-ethical framework, mal-prinċipju u mal-kontroll ta’ governanza li poġġejna fih tittesjah, tara li bħala prodott huwa sod biex imbagħad tkun tista’ tbiegħu globalment”.
B’din l-istrateġija l-bniedem se jibqa’ dejjem fiċ-ċentru tat-teknoloġija u għandu jkun hemm rispett lejn ir-regolamenti u valuri u drittijiet fundamentali tal-bniedem.
Spjega li sistemi tal-intelliġenza artifiċjali għandhom ikunu imparzjali u ma jkollhomx preferenzi għall-ebda ġeneru jew razza.
Hawnekk Grixti fakkar kif wara li jingħataw il-kunsens, kumpaniji bħal Google qed jiġbru ammonti kbar ta’ informazzjoni dwar it-tfittxijiet li jkunu qed isiru u għalhekk huwa importanti ferm li jkun qemm qafas regolatorju b’saħħtu li jħaddan l-etika bħala wieħed mill-prinċipji ewlenin.
Temm jgħid li “Anki jekk mort ristorant ta’ ċertu tip ħa jissuġġererilek ristorants oħrajn li huwa tat-tip tiegħek. Tant kemm qed tinġabar data minn dawn il-big comapnies bħal Google le hija ferm importanti biex tipprotegi min qed jużaha”.