Il-President Amerikan Donald Trump reġa’ fl-aħbarijiet fuq attivitajiet jikwu ferm u li komplew joħorġu fil-beraħ ix-xewqat ibaqbqu tiegħu.
Dan hekk kif The New York Times irrapurtat li l-ex avukat ta’ Trump irrekordja konversazzjoni bejnu u bejn Trump dwar pagamenti lill-ex mudella tal-Playboy Karen McDougal.
Qed ikun irrapurtat li l-ex avukat ta’ Trump, Michael Cohen irrekordja din il-konversazzjoni ftit qabel l-elezzjoni Presidenzjali li għaddiet.
Ix-xbejba ta’ Playboy sostniet li hija u Trump kienu jħalltu u jaqsmu fuq perjodu ta’ sena, ftit wara li t-tielet mara ta’ Trump, Melania welldet lil Barron, it-tifel li Donald Trump għandu m’għand Melania.
L-avukat preżenti ta’ Trump, Rudy Giuliani kkonferma l-awtentiċità tal-awdjo rekordjat iżda saħaq li l-pagament lil Karen McDougal qatt ma sar.
L-ex avukat ta’ Trump, Michael Cohen jinsab investigat fuq numru ta’ pagamenti li allegatament għadda biex issieket nisa li setgħu jimbarazzaw lil Trump lejliet l-elezzjoni Presidenzjali li rebaħ.