Kif, kemm u meta?
Kienu dawn il-mistoqsijiet li ma kienx kapaċi jwieġeb għal iktar minn darba l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha preżenta dokument ta’ qabel il-baġit tal-Partit Nazzjonalista.
Dokument li reġa’ kkonferma kif fil-mira tal-Partit Nazzjonalista hemm ħaddiema fis-settur pubbliku li qed jarahom żejda.
Filwaqt li l-prinċipju huwa ċar, De Marco qagħad lura milli jagħti dettalji. Fil-fatt, anke meta mistoqsi dwar liema huma s-serivvi pubbliċi li jrid jipprivatizza, ma provda ebda tweġiba.
Filwaqt li jissemmew proposti li diġa’ għamel il-gvern bħaż-żieda fil-pensjonijiet, il-partit li ddeskriva r-roħs fil-kontijiet bħala Alice in Wonderland issa qal li għandhom jerġħu jorħsu. Iżda, b’kemm u meta ma setax iwieġeb.
L-uniku ħaġa li kkonferma De Marco hija l-prezz jilgħab ma’ dak internazzjonali taż-żejt. Għalkemm kienu bosta d-drabi fejn De Marco ma kellux tweġiba ċara għal mistoqsijiet tal-ġurnalisti, kien hemm okkazjoni waħda meta kien ċar. Ikun x’ikun fih il-baġit li se jippreżenta l-gvern il-Partit Nazzjonalista jivvota kontrih.