Dak li kellu jkun dibattitu biex jiċċara l-proposti taż-żewġ partiti politiċi ħalla lis-segwaċi b’iktar mistoqsijiet.
Waqt il-programm Networks ta’ nhar it-Tnejn, il-kelliem Nazzjonalista Alex Perici Calascione ma ta ebda figura ta’ kemm se jiswew proġetti prospettivi ta’ Gvern Nazzjonalista.
U kien kontradittorju fit-tweġiba dwar kif se jingħaddu l-voti tal-hekk imsjeħa Forza Nazzjonali.