Id-deputat nazzjonalista, Tony Abela, ma kkummentax dwar id-deċiżjoni tal-qorti li kkonfermat kif Tonio Fenech aċċetta rigali mingħand min hu involut fl-iskandlu taż-żejt fi żmien li kien Ministru tal-Enemalta.
Tony Abela kien wieħed fost id-deputati li staqsejna huma u deħlin, jew ħerġin mill-Parlament. Iżda, minflok wieġeb qalilna: “Trid biscuit?”
Ħasadna ftit, għax sal-lum eluf konna mdorrijin narawh joħroġ mill-but, mhux galletini.
https://www.youtube.com/watch?v=mN0kHNIBum0&feature=youtu.be