Kollox jindika li l-Partit Nazzjonalista mhux se jilqa’ l-isfida li għamilu l-Ministru Owen Bonniċi, dik li jippubblika prova ċara li l-loan ta’ kwart ta’ miljun Ewro li kien tahom Zaren Vassallo ftit jiem wara d-deal tal-art tal-Lowenbrau tħallas lura. Iżda l-Partit Nazzjonalista kellu biss “Get a Life” bħala risposta.
Fuq twitter, il-Ministru għall-Ġustizzja qal li l-kandidat stilla tal-Partit Nazzjonalista, Salvu Mallia, qed jikteb l-istqarrijiet tal-Partit Nazzjonalista.
Instead of providing ans, #PN told me to get a life.Seems that star candidate #SalvuMallia is writing their press statements too these days!
— Owen Bonnici (@OwenBonnici) January 14, 2017
IL-FATTI
- 3 ta’ Diċembru 2009– Il-Gvern Nazzjonalista jaċċetta li jinfeda ċ-ċens, iżda jmur pass oltre u jbiegħ id-dirett dominju mingħajr rizoluzzjoni Parlamentari jew tender lil LBM Breweries Ltd. Ikun illiberat il-ħlas taċ-ċens u l-kundizzjonijiet kollha. Vassallo Builders iħallas €465,875 lill-Gvern għal din l-art.
- 23 ta’ Diċembru 2009– F’inqas minn xahar mill-iffirmar tal-ftehim preliminari bejn Marsovin u Vassallo Builders, li kien jistipula li għandu jkun hemm it-tneħħija tal-kundizzjoni tal-art u li jkun mifdi ċens, ikun iffirmat l-aħħar ftehim bejn iż-żewġ kumpanija. 20 ġurnata qabel il-Gvern kien qabel mal-kundizzjonijiet li għamlu f’kuntratt bejniethom iż-żewġ kumpaniji.
- 20 ta’ Mejju 2011– Il-Kummissarju tal-Artijiet jibgħat ittra uffiċjali kontra LBM Breweries li issa saret Catergroup biex jitħassar il-kuntratt illegali tat-3 ta’ Diċembru 2009.
- Insibu kompromess– f’laqgħa bejn Zaren Vassallo u Jason Azzopardi dan tal-aħħar jgħid li se jinstab kompromess wara li Vassallo rċieva l-ittra uffiċjali mill-lands jitolbu li l-kuntratt ta’ Diċembru 2009 ikun dikjarat illegali.
- 30 ta’ Jannar 2012– il-kompromess mitkellem kien intervent dirett ta’ Jason Azzopardi li waqaf il-proċeduri legali u minflok jaħtar kumitat ta’ 3 periti li stmaw il-valur tat-tneħħija tal-kundizzjoni bil-valur tal-1990 – biex art ta’ €8miljuni telqet għal €700,000.
- Zaren Vassallo jagħti għotja lill-PN– ftit biss wara li nstab il-kompromess u l-art fl-Istabal saret ta’ Zaren Vassallo biex minn birrerija nqalbet għal hub ekonomiku u tar-retail – Zaren Vassallo ta’ għotja (loan) ta’ kwart ta’ miljun lill-Partit Nazzjonalista. Dan il-fatt huwa kkonfermat mis-Segretarju Ġenerali preżenti u mill-predeċessur tagħha. Wieħed ifakkar bl-affinità li teżisti bejn il-PN u Zaren Vassallo li saħanistra kien jieħu lill-esponenti tal-PN fuq il-Cabin cruiser.