Sa 48 siegħa minn meta ħarġet l-inkjesta dwar il-każ Capital One, il-Viċi-Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, ma fittex ebda okkażjoni biex iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Differenti minn meta għax rebaħ libell, li dwaru hemm appell, mar jiġri quddiem Kastilja f’konferenza tal-aħbarijiet.
Din id-darba, minflok, fittex il-kenn tal-każin Nazzjonalista fil-Marsa fejn tkelle waħdu u qal li l-inkjesta Capital One ma sabet ebda ħtija minn naħa tiegħu. Dan anke jekk fiha jintqal ċar u tond wara li tfaċċa ismu u qalet li ma tista’ teskludi bl-ebda mod li dan ġara proprju għalhekk.
Ma setax jonqos li Fenech Adami jkun agressiv fil-konfront tal-Prim Ministru u esponenti tal-Partit Laburista. Għajjar “korrotti”, “ħallelin” u “qarrieqa” lit-tmexxija ta’ pajjiżna.
Fenech Adami li ismu ssemma f’każ fejn hemm investigazzjoni ta’ ħasil ta’ flus fejn “sparixxew” dokumenti u ġraw affarijiet “strambi” qal li għamel rebħa.