Minerva hija qattusa bi tliet saqajn li bħalissa qed tistenna bil-ħerqa biex tiġi adottata minn xi ħadd li lest itiha l-imħabba u l-attenzjoni li jistħoqilha.
Hi nġabret għaxart ijiem ilu mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali wara li ttajret minn vettura.
Fortunatament wara operazzjoni f’waqtha salvawha iżda minkejja t-tentattivi kollha li saru biex isalvawlha l-erba’ saqajn, kellhom ineħħulha waħda minnhom.
Issa, qed tfittex familja li lesta tħobbha. Minerva hi qattusa kunfidenti li dejjem tfittex l-attenzjoni u għandha madwar sena u nofs.
Kull min hu interessat li jadotta lil Minerva jista’ jagħmel kuntatt mad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali.