Ġie ffirmat ftehim mill-Ministru Joe Mizzi biex jibda x-xogħol fuq il-bini ta’ mina bejn l-imħażen tal-ilma ta’ Ta Qali u l-impjant tar-reverse osmosis f’Pembroke.Il-mina ta’ 9.5km se tassigura li jkun hemm titjib fil-kwalità tal-ilma f’ħafna lokalitajiet f’Malta, kif ukoll se ttejjeb is-sostenibiltà tal-ambjent hekk kif il-proġett se jsir bl-aktar mod effiċjenti u tajjeb għall-ambjent.
Il-valur totali għal dan l-investiment huwa ta’ €27.5 miljun u mistenni li jibda wara li l-permess jiġi approvat f’Ottubru. Ix-xogħol mistenni jdum sa massimi ta’ 30 xahar.