L-intraprenditur Elon Musk żvela mina prototipa taħt l-art f’Los Angeles, li hija ddisinjata biex titrasporta karozzi f’veloċita qawwijja madwar il-belt.
Il-mina sa issa hija twila ftit iktar minn kilometru w nofs biss, iżda l-mira hi li jkun hemm network sabiex jiffaċilita l-konġestjoni tat-traffiku.
Musk spjega kif karozzi elettriċi mmodifikati se jitniżlu fil-mina u jivjaġġaw b’veloċita li tleħħaq il-mitejn u erbgħin kilometru fis-siegħa.
Il-mina nbniet minn Boring Company, il-kumpanija ta’ Musk, li għandha tekniċi tal-inġinerija mill-aqwa.