Waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li kellha riperkussjonijiet kbar mill-Presidenza ta’ Trump u li qajjmet ukoll numru ta’ kontroversji hija l-attakk tal-missili fuq is-Sirja. Izda, l-mistoqsija ta’ bosta f’dawn il-mumenti tkun min ta l-pariri lill-President Trump biex jieħu d-deċiżjonijiet? Mistoqsija li issa tista’ tiġi mwieġba.
Dan hekk kif is-Segretarju għall-Komunikazzjoni tal-Amministrazzjoni ta’ Trump, Sean Spicer, żvela ritratt li fih jidhru l-istrateġisti kollha li kellhom xi tip ta’ influenza fuq din id-deċiżjoni. Ir-ritratt ittieħed f’dik li hija magħrufa bħala ‘Situation Room’.
Il-pariri dwar din id-deċiżjoni kienu mogħtija minn:
REX TILLERSON – SEGRETARJU GĦALL-ISTAT
Tillerson huwa magħruf bħala wieħed mill-aqwa diplomatiċi Amerikani. Huwa mifhum li Tillerson ser ikun qed jivvjaġa lejn Moska fil-jiem li ġejjin għal aktar diskussjonijiet diplomatiċi
HR McMASTER – KONSULENT NAZZJONALI GĦAS-SIGURTÁ
McMaster kellu irwoli importanti fil-gwerrer tal-Iraq u tal-Gulf. Huwa mifhum li huwa kellu deċiżjoni ta’ ċertu piż dwar l-attakki tal-missili fis-Sirja. McMaster huwa wieħed mill-kritiċi li l-Stati Uniti kienu nvoluti fil-gwerra tal-Vjetnam
DINA POWELL – DEPUTAT KONSULENT NAZZJONALI GĦAS-SIGURTÁ
Powell kienet parti wkoll mill-amministrazzjoni ta’ George W Bush fejn kellha l-irwol li tgħin fil-ħatra ta’ membri tal-kabinett u Ambaxxaturi tal-Istati Uniti. Oriġinarjament POWELL hija Eġizjana iza li trabiet f’Dallas. Powell titkellem b’mod fluwenti l-Għarbi.
REINCE PRIEBUS – CHIEF OF STAFF TAL-WHITE HOUSE
Priebus huwa avukat li beda l-karriera politika tiegħu bħala Chair tal-Kumitat Republikan Nazzjonali sakemm sar Chief of Staff. Skont bosta sorsi jidher li Preius ma tantx fadalu żmien f’din il-kariga.
JARED KUSHNER – KONSULENT EWLIENI TAL-PRESIDENT
Kushner huwa ir-raġel tat-tifla tal-President Trump, Ivanka Trump. Huwa mifhum li huwa wieħed mill-aktar persuni viċini tal-President. Matul il-kampanja elettorali ta’ Trump huwa kellu rwol importanti fl-strateġija tas-‘social media’.
SEAN SPICER – SEGRETARJU GĦALL-KOMUNIKAZZJONI TAL-WHITE HOUSE
Sean Spicer huwa l-persuna li ħafna mid-drabi jkun qed jiddefendi l-pożizzjonijiet tal-President Trump mal-ġurnalisti.
STEVE BANNON – L-STRATEĠISTA EWLIENI TAL-WHITEHOUSE
Steve Bannon tneħħa mill-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurta fil-bidu ta’ dan ix-xahar stess. Bosta sorsi tal-White House li kien persuna li qeda’ f’dik il-kamra stess li riedet li jitneħħa mill-Kunsill, eżattament il-ġeneral McMaster. Huma bosta li qalu wkoll li Bannon ma ridtx li jsir l-attakk bil-missili.
STEVE MNUCHIN – SEGRETARJU GĦAL FINANZI
Steve Mnuchin kien il-konsulent ekonomiku ta’ Trump waqt il-kampanja elettorali.
JOE HAGIN – DEPUTAT CHIEF OF STAFF
Bħal kollega tiegħu Powell, Hagin kien parti mill-amministrazzjoni ta’ Geroge W. Bush. Hagin huwa c-Chief of Staff tal-Operazzjonijiet.
JAMES MATTIS u JOSEPH DUNFORD
Is-Segretarju għad-Difiza James Mattis u c-Chairman tac-Chief of Staffs taw l-għajnuna tagħhom permezz ta’ ‘video conference’.