Qabel il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat jindirizza eluf ta’ nies f’mass meeting, jingħata parir speċjali. Dan il-parir jtuwulu t-tewmin tiegħu Etoile u Soleil. F’ritratt li l-Prim Ministru poġġa fuq il-profil ta’ Instagram tiegħu kiteb “L-aħħar pariri qabel nagħmel id-diskors fil-mass meeting.” F’dan ir-ritratt il-Mexxej Laburista jidher flimkien mal-familja tiegħu.
Li tkun Prim Ministru ta’ Malta, żgur li mhux faċli, iżda l-Mexxej Laburista mhux biss qed isib l-appoġġ mill-Maltin u l-Għawdxin iżda anke mill-familjari tiegħu. Għalhekk, għal dawk li bdew jaħsbu minn fejn iġib il-pariri tiegħu l-Prim Ministru għad-diskors eċċellenti li jagħmel, illum għandhom it-tweġiba.