Ftit minuti oħra l-attenzjoni ta’ miljuni ta’ telespettaturi minn kull rokna tad-dinja se ddur fuq il-logħba tal-finali taċ-Champions League, bejn iż-żewg timijiet tal-kapitali Spanjola, Real Madrid u Atletico Madrid. Loghba replika tal-finali ta’ sentejn ilu, meta Real Madrid irnexxilhom jgħoddu t-tazza għall-għaxar darba.
F’San Siro f’Milan, mat-tmenin elf spettatur se jsegwu mill-qrib l-aqwa talent mondjali, plejers stilel fil-logħba tal-futbol u tattiċi li rnexxielhom jwasslu liż-żewg timijiet sal-finali. Miljuni ta’ nies oħra se jsegwu l-logħba minn fuq it-televiżjoni, fosthom il-partitarji Maltin li għandhom għal qalbhom lir-Real Madrid. Il-kwalitajiet fiż-żewġ naħat huma wisq kbar biex tbassar min se jirbaħ din it-tazza. Nistennew u naraw.
https://youtu.be/tvFHPj632VQ