Wara li ntemmet il-partita għat-tielet post bejn il-Kroazja u Marokk, bit-tim rebbieħ ikun dak tal-Kroazja, issa ħarset id-dinja tal-futbol iddur lejn l-aħħar partita ta’ dan it-turnew.
Dik li se tintlagħab għada l-Ħadd, fl-erbgħa ta’ waranofsinhar ħin lokali, l-Arġentina jew Franza se jkunu inkurunati bħala r-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja 2022.
Min jixtieq lill-Arġentina minħabba li din hija l-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li fiha se jkun qiegħed jilgħab l-istilla Lionel Messi, filwaqt li oħrajn jixtiequ li Franza se joħorġu rebbieħa minħabba d-dinamika li għandu dan it-tim, li rebaħ it-Tazza tad-Dinja erba’ snin ilu.