Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li filwaqt li l-avviż legali ma jwaqqafx barbiera u stilisti tax-xagħar imorru jagħmlu xogħol fid-djar, dawn it-tip ta’ servizzi fid-djar jistgħu jpoġġu f’riskju lin-nies.
Il-Professur Gauci kienet ċara u qalet li dawn is-servizzi mhumiex fil-lista ta’ servizzi essenzjali.
Hija aċċennat li meta għandek fost l-oħrajn; stilisti tax-xagħar u dawk li jagħmlu d-dwiefer joffru s-servizz tagħhom fid-djar tan-nies, dawn imorru kontra kull kunċett dwar li tinżamm id-distanza biex b’hekk nevitaw aktar tixrid tal-Coronavirus.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li r-riskju huwa kemm għal min joffri s-servizz u anke għal min jirċevih, speċjalment jekk ikollok klijenti li huma anzjani u b’mard kroniku.