“Jien imkien m’għedt li għandna nagħtu amnesty blanket lil kulħadd.”
Saħaq dan il-Prim Ministru Robert Abela hu u dieħel Kastilja fejn irrimarka li min kiser il-liġi b’mod sfaċċat irid iħallas il-multa u jerfa’ l-konsegwenzi.
Il-Prim Ministru kien ċar u stieden lil kulħadd biex jisma’ x’qal eżatt flok jaqra titlu t’artiklu li seta’ qarraq.
Il-Prim Ministru spjega kif diġà jeżisti mekkaniżmu ta’ appell u maħfra ta’ pieni anki marbuta mal-Coronavirus.
Qal li r-reati marbuta mal-Covid-19 jiġu quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja.
Spjega kif diġà ġew milqugħa xi wħud mit-talbiet ta’ maħfra quddiem il-bord tal-petizzjonijiet.
Dr. Abela saħaq li huwa semma mekkaniżmu għaliex jeżistu ċirkostanzi fejn anzjana li qatt ma għamlet reati f’ħajjitha weħlet multa għax ma żammitx id-distanza iżda peress li ma tużax l-internet ma tistax tressaq petizzjoni online jew ma tafx kif tikteb petizzjoni.
“Hawnhekk jiena qed ngħid li għandna jkollna mekkaniżmu biex min weħel multa b’mod ġenwin, fosthom anzjani bil-pensjoni, aħna naraw l-affarijiet b’raġuni u kumpassjoni”, saħaq il-Prim Ministru.
https://www.one.com.mt/2020/05/31/il-pm-isemmi-mekkanizmu-li-jikkunsidra-amnestija-ghall-kazijiet-genwini-bhal-dawk-li-wehlu-multa-c-cimiterju-jew-hdejn-tal-haxix/
Filmat: MaltaToday