Illum qed jiġi ċċelebrat Jum San Valentinu, magħruf aħjar bħala Jum il-Maħbubin, sinonimu wkoll mal-ward, rigali u xi ikla tajba.
Ir-rabta ta’ dan il-jum mal-imħabba u mal-koppji oriġinat minn leġġenda Rumana, li tgħid li San Valentinu kien qassis li jgħix Ruma fi żmien l-Imperatur Claudius.
Dak iż-żmien, kien għadda proklama biex żgħażagħ u s-suldati fil-belt ma jitħallewx jiżżewġu u jkollhom familja, biex ikunu jistgħu jaqdu l-obbligi tagħhom aħjar.
Il-Qassis Valentinu ma qabel xejn ma’ dan, u għalhekk baqa’ jżewweġ bil-moħbi lil dawn is-suldati u ż-żgħażagħ.
Eventwalment, meta nkixef, San Valentinu ġie kkundannat għall-mewt.