Fir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar is-sit f’Ħal Qormi fejn kien hemm il-birrerija tal-Lowenbrau hemm dikjarazzjoni ċara ta’ Nazzareno Vassallo, chairman ta’ Vassallo Group, li kien hemm Ministru li kien jaf b’dak kollu li kien għaddej.
“Highly indicative was an affidavit by the Chair Vassallo Builders Group Ltd, wherein it was stated that the representatives of Marsovin Ltd had informed him that they had an agreement with the Minister and the GPD for the cancellation of all the conditions on payment of €465,875.”
Tal-iskantament kif Nazzareno Vassallo nesa’ jgħid min kien il-Ministru. Peró fuq kollox huwa Simon Busuttil li għandu responsabbiltà jara min hu l-Ministru li kien jaf bid-deals minn wara li kienu għaddejjin. Għandu jitlob spjegazzjonijiet u wara jieħu passi.
Kollox jindika b’mod ċar li dan l-eks Ministru għadu fix-shadow cabinett tiegħu u Busuttil tal-inqas għandu jgħid jekk talabx għall-kjarifika min hu u f’dak il-każ tkellimx miegħu. Speċjalment meta wieħed iqis ukoll li l-Awditur qal: “the NAO as evidence reviewed indicated that Government was aware of, and possibly facilitated, this transaction.”
Din hija mistoqsija kruċjali biex inkunu nafu jekk f’dan kollu hemmx biss ir-responsabbiltá politika ta’ Jason Azzopardi x’tinġarr, kif qal l-Awditur Ġenerali, jew ta’ persuni oħra wkoll.