Huma bosta persuni li fuq il-midja soċjali qed jargumentaw ta’ min kien it-tort, wara li ħareġ filmat meħud barra minn Malta ta’ trakk kbir jgħaffeġ vettura li kienet fuq il-karreġġjata ħdejh.
Il-filmat ittieħed minn kamera li kienet f’vettura wara l-vettura l-oħra u t-trakk, fejn dan il-filmat juri l-karozza tat-tip Toyota tieqaf ħdejn it-trakk iżda qabel mas-sewwieq iddeċieda li għandu joħroġ, is-sewwieq tat-trakk qabad u ħareġ. Kien hemm li, probabilment, is-sewwieq tat-trakk ma ndunax li kien hemm vettura ħdejh, u kaxkarha miegħu.
Ara l-filmat hawn isfel.