Meta bdew ħerġin id-deputati Nazzjonalista wara l-vot sigriet ta’ sfiduċja f’Adrian Delia, spikka t-tgħajjir lejn dawk id-deputati tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u ċ-ċapċip lejn dawk li baqgħu leali lejn il-Kap.
Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea iddikjara li huwa kburi li ivvota favur l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, u lil dawk li vvotaw kontrih qalilhom li jridu jerfgħu responsabilità.
Meta kien mistoqsi: “Diżappuntat?” Galea wieġeb: “Jien ferħan li vvutajt favur il-Kap. Kulħadd jerfa’ responsabilità tiegħu.”
Anki l-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo iddikjara li l-vot tiegħu kien favur il-Kap, li meta kien mistoqsi: “Ivvutajt favur il-Kap?” Arrigo wieġeb: “Iva.”
Minkejja li ma tkellimx iżda qal li kien hemm laqgħa tajba, Edwin Vassallo l-Erbgħa filgħodu kiteb fuq facebook li huwa wkoll ivvota favur il-Kap.
Vassallo sostna: “Kienet laqgħa tajba.”
Filwaqt li d-deputati Nazzjonalisti oħra għażlu li ma jgħidux kif ivvutaw, li meta kien mistoqsija: Għad għandek fiduċja f’Adrian Delia? Intqal: “Ħallihom jibqghu siekta imma l-vot ma teħduhx.”
“Ħierġa stqarrija.”
Skomdi quddiem il-ġurnalisti kien hemm ukoll il-Viċi kap Nazzjonalista David Agius u Clyde Puli.
Huma qalulna: “Kellna laqgħa tajba u naħseb li l-affarijiet huma ċari ħafna.”
“Kien hem vot se jitkellem l-Kap. Ma jkunx prudenti nitkellem jiena.”