Il-Gvern ġedded l-iskema għax-xiri ta’ vetturi elettriċi ġodda. Dawk li se jixtru vettura elettrika se jkunu qed jirċievu għotja ta’ €11,000 u, jekk jabbina din l-iskema mal-iskema tal-iskrappjar ta’ vetturi użati, l-għotja titla’ għal €12,000.
L-iskema ta’ l-iskrappjar ta’ vetturi antiki li jniġġsu f’Għawdex se terġa’ tiġġedded u l-għotja se tibqa’ ta’ €2,000.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-għotja li tinċentiva x-xiri ta’ muturi zgħar se terġa tiġġedded flimkien mal-iskema tal-qalba tal-vetturi b’magna petrol għall-gass.
Il-vetturi elettriċi u plug-in hybrid se jibqgħu eżentati mit-taxxa tar-reġistrazzjoni u mhux se jħallsu liċenzja ta’ reġistrazzjoni għall-ewwel ħames snin fit-triq.