Żgur li mill-erba’ logħbiet li għandna llum, l-attenzjoni prinċipali se tkun fuq il-logħbiet tat-20:00 minn Grupp E, biex insiru nafu min se jgħaddi ma’ Spanja. Fil-fatt il-Ġermaniżi jittamaw li jikkwalifikaw meta jaffrontaw lill-Kosta Rika, filwaqt li l-Ispanjoli li huma diġa’ kwalifikati jilagħbu kontra l-Ġappun.
Il-Ġermaniżi għandhom bżonn it-tliet punti u li Spanja tegħleb lill-Ġappun. F’każ li l-logħba bejn Spanja u l-Ġermanja tintemm bi draw, id-differenza tal-gowls tiġi kkunsidrata.
Il-Ġappun jistgħu jikkwalifikaw jekk jegħlbu lil Spanja u f’każ ta’ draw, ikun hemm bżonn li l-Ġermanja u l-Kosta Rika jiġu draw ukoll. Jekk il-Ġappuniżi jitilfu kontra Spanja u l-Kosta Rika tegħleb lill-Ġermanja, ifisser eliminazzjoni. Jekk iż-żewġ logħbiet jiġu draw, il-Ġappuniżi wkoll jiġu eliminati.
Iċ-ċans li l-Kosta Rika tgħaddi huwa biss jekk tegħleb lill-Ġermanja u f’każ ta’ draw, Spanja trid tirbaħ lill-Ġappun.
Is-sitwazzjoni fi Grupp F, hija ferm miftuħa għall-Kroazja, il-Marokk u l-Belġju. Il-Kanadiżi li tilfu ż-żewġ logħbiet huma diġa’ eliminati.
Il-Kroati jgħaddu b’rebħa u bi draw. Jekk jitilfu, ikollhom bżonn li l-Kanada tegħleb lill-Marokk u d-differenza tal-gowls tiġi kkunsidrata.
Il-Marokk jgħaddu b’rebħa u bi draw ukoll. F’każ li jitilfu, ikollhom bżonn li l-Belġju tegħleb lill-Kroazja u titqies id-differenza tal-gowls.
Il-Belġjani jikkwalifikaw jekk jibħu l-logħba tal-lejla kontra l-Kanada. Bi draw ikollhom bżonn li l-Kanada tegħleb lill-Marokk u titqies ukoll id-differenza tal-gowls.
Ritratt: REUTERS/Carl Recine.